Bosta qamu maħsuda b’daħna li dehret fil-Port dalgħodu

Ritratt: Fiona Soler

Bosta qamu maħsuda dalgħodu wara li dehret daħna kbira fl-akwati tal-Port il-Kbir.

Newsbook.com.mt rċieva ritratti tax-xena tad-daħna sewda.

Il-Pulizija kkonfermat li ġiet infurmata bil-każ ftit qabel is-7am hekk kif jidher li d-daħna kienet kawża ta’ nar fi scrap yard f’Kordin.