Bosta mnikktin għall-mewt ta’ Gabriel Vella

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Gabriel Vella, wara li tilef il-battalja tiegħu kontra l-kanċer.

Dan tħabbar fuq il-profil ta’ Puttinu Cares fuq Facebook fejn qalu li jinsabu mbikkmin għal din it-telfa.

Fuq il-paġna tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Chris Said fakkar il-memorja ta’ Gabriel. Huwa qal li l-ġuvni ħalla lil kulħadd imbikkem għat-telfa tiegħu f’età daqshekk żgħira. Huwa semma kif f’Marzu li għadda kienu qed jaraw logħba futbol flimkien u minkejja li Gabriel kien qed iżomm mat-tim l-ieħor xorta tbissem bil-qalb kull darba li rah jifraħ.

Id-Deputat Labursita Justyne Caruana fuq il-paġna tagħha fuq Facebook ukoll sellmet il-memorja ta’ Gabriel.