Bosta mnikkta bit-telfa ta’ mara bil-kanċer

Doreanne-Fava

Bosta persuni jinsabu mnikkta bit-telfa ta’ Doreanne Fava, mara ta’ 39 sena li tilfet il-battalja kontra l-kanċer.

Ir-raġel ta’ Doreanne Fava waqqaf il-paġna In Loving Memory of Doreanne Fava fuq Facebook, fejn spjega li hija tilfet ħajjitha f’għeluq snin wieħed minn uliedhom.

“It-3 ta’ Jannar kienet waħda mill-iżjed ġranet kuntenti f’ħajti peress li kienet il-ġurnata li sirt missier. Min jista’ jemmen li ftit snin wara, kont se nkun qed inżommlok idek, int u tieħu l-aħħar nifs?” kiteb żewġha Darren Fava.

Doreanne kienet social worker u kienet taħdem mal-Appoġġ. Bosta eks kollegi u ħbieb tagħha ddeskrivewha bħala persuna ferriħija u ġenwina. Żewġha qal li ma setax kellu sieħba aħjar, iżda jaf li issa qiegħda f’post aħjar, mingħajr tbatija.

Fost in-nies li sellmu l-memorja tagħha kien hemm il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università, li ddeskriviet mewt Doreanne bħala telfa kbira.

Strieħ fis-sliem.

I am speechless and devastated today. January 3rd was one of the happiest days of my life as it was the day I became a…

Posted by In loving memory of Doreanne Fava on Sunday, January 3, 2021