Bosta maħsuda bil-mewt ta’ Jessica

Venere - Bernard Polidano
Venere – Bernard Polidano

Wara diversi xhur ta’ battalja kontinwa kontra l-kanċer, Jessica Bonello tfajla Beltija, tilfet il-battalja tagħha aktar kmieni llum. Hija ħadet sehem fil-programm Venere ta’ din is-sena fuq Television Malta.

Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali kitbu messaġġi ta’ dispjaċir għal mewt ta’ din iż-żagħżugħa fosthom Antonella Rogers li esprimit dak kollu għaddew minnu flimkien. Fil-kumment tagħha Rogers, irringrazzjat lil Jessica tal-mumenti li qattgħu flimkien kemm dawk ferrieħa iżda wkoll dawk ta’ niket.

Iż-żagħżugħa qasmet ftit mill-aħħar kliem li Jessica qaltilha hekk kif kienet waslet fl-aħħar mumenti tagħha. Jessica qaltilha li dalwaqt kienet se tmur tiltaqa’ m’ommha.

Il-Funeral ta’ Jessica se jsir il-Ħamis li ġej fit-8.30am fil-Knisja ta’ San Duminku il-Belt Valletta.

Bqajt mieghek sa l-ahhar ghax hekk kienet xewqa tieghek. Kemm kont sabieha Jess Sa l-ahhar nifs ta hajjtek kemm…

Posted by Antonella Rogers on Tuesday, April 30, 2019

Diversi persuni wrew s-sogħba tagħhom għat-telfa ta’ Jessica fosthom il-preżentatur Alfred Zammit li qal li Jessica kienet tfajla determinata f’dak kollu li tagħmel. Huwa qal li hu jiftakarha titwieled iżda wkoll jiftakarha tiġġieled biex tkompli tgħix.

Ninsab bhal hafna beltin mnikket bil-mewt ta’ Jessica Bonello . Mudella u tfajla determinata f’kull ma taghmel.Lil…

Posted by Alfred Zammit on Tuesday, April 30, 2019

Il-mużiċist Mark Spiteri Lucas, qal li l-Beltin jinsabu mnikktin għat telfa ta’ Jessica. Huwa ta l-kondoljanzi lill-familjari tagħha f’dan il-mument diffiċli.

Illum il-Beltin jinsabu mnikktin bl-ahbar tal-mewt ta' Jessica li halliet din id-dinja f'eta pjuttost zaghzugha. Strieh fis-sliem. Kondoljanzi lill-familjari f'dan il-mument difficli ghalihom. RIP.

Posted by Mark Spiteri Lucas on Tuesday, April 30, 2019