Filmat: Bosta attivitajiet f’Għawdex għall-festi tal-Għid

Numru ta’ attivitajiet se jkunu qed jittellgħu f’Għawdex fil-perjodu tal-Għid.

Dan kien imħabbar mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri waqt konferenza stampa li għaliha attendiet ukoll il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli u mid-Direttur għall-Wirt Kulturali, is-Sur John Xuereb.

MGOZ / Terry Camilleri

L-attivitajiet jinkludu plays, kunċerti, wirjiet, purċessjonijiet, mużika u anki serati ta’ letteratura. Il-programm kollu tistgħu tniżżluh minn hawn.