Borża ta’ studju mill-Istitut Internazzjonali tal-Oċeanografija

L-Istitut Internazzjonali tal-Oċeanografija qed joffri borża ta’ studju għal persuna waħda għall-grad ta’ Masters fl-Governanza tal-Oċeani, li se tiġi offruta b’mod konġunt mal-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. 
Din il-borża ta’ studju qed tiġi offruta għall-kors li jibda f’Ottubru li ġej u għandha valur ta’ €9,500.
Tista’ tnizzel l-applikazzjoni għal din il-borża ta’ studju minn hawnhekk.
L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fil-Kampus tal-Università ta’ Malta tal-belt Valletta sas-27 ta’ Ġunju 2016.