Borża ta’ studju fil-Ġermanja għal publikazzjoni jew film dwar Daphne

Kważi €6,000 inġabru għall-borża ta’ studju Galizia Scholarship li tnieda mir-Reporter Forum.
F’Diċembru li għadda tnieda premju fl-unur tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Il-borża ta’ studju se tingħata lil ġurnalist biex il-ħajja tal-ġurnalista u x-xogħol ġurnalistiku tagħha tiġi mfakkra permezz ta’ kitba jew film. Il-flus li inġabru se jintużaw għar-riċerka li jkun hemm bżonn li issir.
Ġurnalisti li jippublikaw xogħolhom bil-Ġermaniż jistgħu japplikaw għal din il-borża ta’ studju u l-prodott finali dwar Daphne Caruana Galizia għandu jiġi ppublikat bil-Ġermaniż.
L-għażla tal-ġurnalist rebbieħ se ssir minn bord tal-assoċjazzjoni Reporter-Forum eV f’kollaborazzjoni mal-ġurnalisti Friedrich Küppersbusch, Vera Schroeder (Süddeutsche Zeitung), Dirk Kurbjuweit (Der Spiegel), Sylke Gruhnwald (Die Republic), u mit-tfal tal-ġurnalista Matthew, Paul u Andrew Caruana Galizia.