Borussia Dormund itemmu l-kuntratt ta’ Sahin

Borussia Dortmund iddeċidew li jikkanċellaw l-kuntratt ta’ Nuri Sahin li kellu jintemm fi żmien sena. Il-plejer ta’ 29 sena diġà sab klabb ġdid u ser ikun qed jilgħab ma’ Werder Bremen wara li ffirma kuntratt ta’ sentejn.

Il-midfieler Tork sieħeb lil Borussia Dortmund ta’ età żgħira fl-2001 u erba’ snin wara sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab fil-Bundesliga meta kellu biss 16-il sena u 355 jum. Sahin rebaħ il-Bundesliga fl-istaġun 2010-11 u ngħaqad ma’ Real Madrid qabel mar jilgħab ma’ Liverpool b’self għal nofs staġun fl-2013. Hu reġa sar plejer ta’ Borussia Dortmund fuq bażi permanenti fi tmiem dak l-istaġun.