Borussia Dormtund viċin l-akkwist ta’ Zaha

Borussia Dortmund mistennija jbigħu lil Andriy Yarmolenko sabiex jiġbru l-fondi meħtieġa biex jakkwistaw lil Wilfried Zaha li jilgħab ma’ Crystal Palace.

Yarmolenko ngħaqad ma’ Borussia Dortmund fl-2017 u lagħab 30 darba mat-tim tal-Bundesliga iżda mistenni jiffirma kuntratt ma’ West Ham bit-trasferiment jammonta għal £17.5 miljun.

Il-bejgħ tal-attakkant Ukren jista’ jiftaħ il-bieb għal Zaha li permezz tal-wirjiet tiegħu għen lil Crystal Palace jevitaw li jiġu relegati mill-Premier League Ingliż. Il-plejer internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju skurja 9 gowls u pprovda 5 assists f’29 logħba mat-tim imexxi minn Roy Hodgson iżda naqas milli jimpressjona meta sar plejer ta’ Manchester United fl-2013.

Miġjub lilek minn Hublot