Boroż ta’ studju għall-isportivi Maltin

Tnediet sejħa għal għotjiet ta’ boroż ta’ studju għall-2018 bil-għan li jkompli jikber l-investiment f’atleti Maltin. 
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li din is-sena l-iskema ta’ għotjiet għal boroż ta’ studju fil-qasam sportiv qed tipprovdi fondi għal atleti ta’ prestazzjoni għolja u għal dawk li jħarrġu lil atleti permezz ta’ korsijiet ta’ 100 siegħa jew aktar, mifruxa fuq erba’ ġimgħat konsekuttivi jew għal programm ta’ studju li jwassal għal-livelli MQF 5 sa 8. 
Clifton Grima qal li l-Gvern qed jaħdem b’mod konsistenti għall-promozzjoni tal-isport bħala professjoni u dixxiplina f’Malta, tant li mill-2012 investa €720,000 għal total ta’ 80 għotja f’diversi dixxipplini sportivi fosthom badminton, waterpolo u weightlifting
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online fuq myscholarship.gov.mt sal-20 ta’ April 2018.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott