Boroż ta’ studju fil-qasam sportiv; ara kif tista’ tapplika

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima nieda sejħa għall-għotjiet ta’ boroż ta’ studju għall-2019 bl-intenzjoni li jkompli jikber l-investiment fl-atleti Maltin li huma involuti fl-organizzazzjoni u l-immaniġġjar ta’ inizjattivi sportivi.

Din is-sena, l-iskema ta’ għotjiet għall-boroż ta’ studju fil-qasam sportiv se tkun maqsuma f’żewġ kategoriji: dik tal-atleti ’l fuq minn 11-il sena li jridu jwettqu programmi ta’ taħriġ u l-kategorija tal- korsijiet akkademiċi relatati mal-isport li jinkludu l-mediċina fl-isports u sports business. Din is-sena ġie inkluż ukoll it-turiżmu sportiv fl-iskema.

Applikanti interessati jistgħu jsegwu r-regolamenti għal din l-iskema online. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online fuq l-istess sit sat-3 ta’ Lulju 2019.