Bormliża fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar

Mara ta’ 55 sena minn Bormla tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar fl-inħawi magħrufa bħala t-Toqba fil-Birgu meta l-mara qabżet fil-baħar u spiċċat f’diffikultà.
Hija ngħatat l-għajnuna u ttellgħet l-art minn persuni li kienu fl-inħawi.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza, li ħadu l-mara l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard ġiet iċċertifkata li kienet tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Bormla għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police