Bormliż akkużat li kellu l-eroina u l-kokaina

Raġel ta’ 44 sena minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat bit-traffikar tal-eroina u l-pussess tal-kokaina.
Dan f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu personali u f’postijiet differenti fil-Gżira u l-Floriana.
Huwa ġie akkużat ukoll li saq b’mod perikoluż, li ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu mill-Pulizija u li sar reċediv.
L-akkużat wieġeb li kien ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih u s-sentenza se tingħata fil-jiem li ġejjin.