Boris Johnson se jitlob għal estensjoni ta’ Brexit jekk ma jintlaħaqx ftehim ġdid

Boris Johnson

Read in English.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li jekk ma jirnexxilux jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit qabel id-19 ta’ Ottubru se jitlob sabiex jidħol fis-seħħ Artiklu 50. Dan ifisser li terġa’ tiġi posposta d-data ta’ Brexit.

Din l-aħbar ħarġet f’Qorti Skoċċiża llum minn grupp ta’ avukati li qed jisfidaw lill-Gvern. Numru ta’ dokumenti pprovduti lill-Qorti Skoċċiża sostnew li l-Prim Ministru se jagħmel dan il-pass minkejja li qabel qal li mhux se jestendi d-data tal-ħruġ.

Dan il-pass isegwi sfida legal kontra Johnson minn petizzjoni ta’ persuni kontra Brexit. Dawn iridu jisfurzaw lill-PM Ingliż sabiex jimxi mal-liġi. Il-liġi tgħid li jekk Johnson ma jaqbilx dwar ftehim ġdid, mela jkollu jipposponi l-ħruġ. F’Settembru, liġi ġdida li għaddiet fil-Parlament timplika li jekk il-Prim Ministru ma jirnexxilux jasal għal ftehim irid jitlob għal Artiklu 50.

L-intenzjoni tal-liġi kienet iddisinjata sabiex tipprevjeni li jkun hemm Brexit mingħajr ftehim.