Boris Johnson se jħabbar lockdown lokalizzati

Jessica Taylor/Handout via REUTERS

Hekk kif il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għada mistenni jħabbar miżuri ġodda ristrettivi, il-deputat kap mediku fl-Ingilterra, Prof. Jonathan Van Tam, qal li r-Renju Unit qed jilħaq l-quċċata tal-pandemija tal-coronavirus minn Marzu l’hawn.

Huwa qal li l-istaġuni qed jagħmulha iktar diffiċli hekk kif il-pajjiż dieħel f’riefnu qawwi. Huwa qal li n-numru ta’ imwiet mistennija jitla’ fil-ġimgħat li ġejjin u appella biex in-nies jillimitaw il-kuntatt soċjali.

Il-Prim Ministru Ingliz mistennija jħabbar sistema ta’ lockdown lokalizzat fit-tielet strati differenti skont is-severità jinsab fiha dak ir-reġjun partikulari.