Boris Johnson rilaxxat mill-isptar

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ġie rilaxxat mill-isptar wara li kien qed jinżamm għall-kura minħabba li nstab pożittiv għall-COVID-19. Il-ġurnal Reuters qal li dan skont kelliem għall-Gvern Ingliż.

Johnson li għandu 55 sena ddaħħal f’St Thomas’ hospital f’Londra l-Ħadd, 10 ijiem wara li nstab pożittiv għall-virus. Hu qatta’ tliet iljieli fil-kuran intensiva qabel ma rritorna fil-ward il-Ħamis.

Skont Downing Street, il-Prim Ministru se jkompli jiġi rikoverat fir-residenza tiegħu. Intqal ukoll li hu ngħata l-parir biex ma jirritornax għax-xogħol mil-ewwel.