
Read in English.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson se jkun qed jirritorna għax-xogħol minn għada wara li fieq mill-coronavirus. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-gvern Ingliż ma’ ġurnali barranin.
Johnson ġie rilaxxat mill-isptar fit-12 ta’ April wara li kien qed jinżamm għall-kura minħabba li nstab pożittiv għall-COVID-19.
Johnson li għandu 55 sena ddaħħal f’St Thomas’ hospital f’Londra 10 ijiem wara li nstab pożittiv għall-virus. Hu qatta’ tliet iljieli fil-kura intensiva qabel ma rritorna fil-ward.
Hu kien mbagħad kompla jiġi rikoverat fir-residenza tiegħu f’Chequers. Hu kien ingħata l-parir biex ma jirritornax għax-xogħol mil-ewwel.