Boris Johnson jitlob biex Brexit jiġi pospost

Britain's Prime Minister Boris Johnson leaves Downing Street to head for the House of Commons as parliament discusses Brexit, sitting on a Saturday for the first time since the 1982 Falklands War, in London, Britain, October 19, 2019. REUTERS/Simon Dawson

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson bat ittra mhux iffirmata lill-Unjoni Ewropea b’talba sabiex Brexit jiġi pospost għal darboħra. Hu spjega li ma jridx estensjoni ta’ Brexit korrużiva.

Johnson kien qal li jippreferi li jkun mejjet f’ħofra milli jitlob għal estensjoni oħra wara l-31 ta’ Ottubru. Hu talab sabiex Brexit jiġi pospost għal-31 ta’ Jannar.

Aqra: Filmat: Johnson jibgħat żewġ ittri lill-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ pass straordinarju li jindika l-istat inkwetanti li Brexit qed iħalli lir-Renju Unit fih, Johnson bat tliet ittri lil Donald Tusk, il-president tal-Kunsill Ewropew. L-ewwel waħda qalet li l-Gvern kien lest li jobdi l-liġi, it-tieni waħda kienet kopja mhux iffirmata tad-diskors li l-liġi magħrufa bħala Benn Act sfurzatu jikteb, u t-tielet waħda tgħid li Johnson ma riedx estenzjoni.