Read in English.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson jidher li qaleb għall-aħjar hekk kif illejla nħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva (ITU).
Fi stqarrija qasira, l-uffiċċju tal-PM f’Downing Street qal li l-PM qed jieħu l-kura meħtieġa fil-ward li kien qabel fejn se jkun qed isir monitoraġġ f’din il-fażi li qed jirkupra.
L-istess stqarrija tgħid li l-PM Johnson jinsab f’umur tajjeb.
Skont il-Guardian, Dominix Raab li huwa s-Segretarju għall-Affarijiet Internazzjonali, kien ikkwotat jgħid li l-Prim Ministru qed jirkupra tajjeb b’passi pożittivi għal saħħtu.