Boris Johnson jikkunsidra lockdown fl-Ingilterra

Nhar it-Tnejn mistenni indirizz lin-nazzjon

Boris Johnson iltaqa’ ma’ bosta membri tal-kabinett biex jiddiskuti lockdown mill-ġimgħa d-dieħla.

Skont diversi aġenziji tal-aħbarijiet, Boris iddiskuta magħhom aktar miżuri fl-Ingilterra wara li r-rati ta’ infezzjonijiet marru għall-agħar.

Kollox jidher li se jkun magħluq ħlief xi ħwienet essenzjali. Jidher li s’ issa m’hemmx deċizjonijiet finali dwar il-lockdown iżda s-siti tal-aħbarijiet Ingliżi jidhru infurmati li l-PM Ingliż mistenni jindirizza lin-nazzjon nhar it-Tnejn li ġej.

Jonathan Ashworth, is-segretarju tas-saħħa mill-Partit Laburista Ingliz, saħqet li l-Ingilterra tinsab f’sitwazzjoni serja ħafna u bla kontroll.