Boris Johnson jiddaħħal l-isptar

REUTERS/Simon Dawson

Il-PM Ingliż Boris Johnson iddaħħal l-isptar biex isirulu testijiet, 10 ijiem wara li nstab li kellu l-coronavirus, skont Downing Street.

Skont il-BBC, kelliema qalet li Johnson baqa’ jbati minn sintomi persistenti tal-coronavirus.

Dan ġie deskritt bħala pass ta’ prekawzjoni li ttieħed fuq parir tat-tabib tiegħu.

Johnson għadu qed imexxi l-Gvern. Appella lin-nies biex iżommu mal-pariri tas-social distancing.