Boris Johnson jiċħad li gideb lir-Reġina

Il-Prim Ministru Boris Johnson ċaħad li gideb lir-Reġina dwar il-parir  li ngħata dwar is-suspensjoni għal ħames ġimgħat tal-Parlament.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem wara li l-qorti suprema Skoċċiża ddikjarat li d-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru kienet kontra l-liġi.

Mistoqsi jekk kienx qed jigbed lir-reġina dwar ir-raġuni għalfejn qed jissospendi l-parlament, hu wieġeb ‘assolutament le’.

Hu kompla jgħid: “Il-Qorti għolja fl-Ingilterra qablet magħna iżda il-Qorti Suprema għad trid tiddeċiedi”.

Il-poter li tissospendi il-Parlament jaqa’ f’idejn ir-Reġina madanakollu din timxi fuq il-parir li jagħtiha l-Prim Ministru.