Boris Johnson jgħid li mhux veru qed jevita negozjati mal-UE

Boris Johnson - Facebook

Il-gvern Ingliz qal li mhux minnu li qed jevita li jagħmel negozjati mal-Unjoni Ewropea (UE), u li jixtieq li d-diskussjonijiet ma jirnexxux biex ma jsirx ftehim għal-Brexit.

Dan ħareġ wara li l-UE qalet li t-talbiet tar-Renju Unit biex jitneħħa l-backstop Irlandiż mill-ftehim ta’ Theresa May ma kinux aċċettabbli. Negozjaturi min-naħa tal-UE qalu lid-diplomatiċi Ewropej li m’hemmx bażi għal diskussjonijiet li jħallu l-frott. In-negozjaturi qalu wkoll li d-diskussjonijiet marru lura fejn kienu tliet snin ilu.

Kelliem għall-prim ministru Ingliż qal li jrid jiltaqa’ mal-mexxejja tal-UE u jinnegozja ftehim ġdid, ftehim li jelimina l-backstop anti-demokratika.  Il-Prim Ministru l-ġdid Boris Johnson wiegħed li joħroġ mill-UE sal-31 ta’ Ottubru, anka jekk ma jkunx laħaq għamel ftehim.