Boris Johnson isir missier

Read in English.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sar missier hekk kif is-sieħba tiegħu Carrie Symonds welldet iktar kmieni dalgħodu.

Fi stqarrija maħruġa mill-koppja, it-tifel twieled b’saħħtu u kemm l-omm u l-iben jinsabu tajbin ħafna. 

Kelliema għall-Prim Ministru Ingliż u s-sieħba tiegħu kkonfermat l-aħbar tat-twelid tat-tifel fi sptar f’Londra. Il-kopja rringrazjat lit-tim fantastiku tal-maternita’ tal-NHS. 

Fost l-ewwel nies li awguraw lil Johnson kien hemm il-Kap Laburista Sir Keir Starmer.