Aġġornata: Il-bord tal-pulizija se jitlaqqa’ llum stess fl-4:30pm

Il-bord tal-pulizija se jitlaqqa' llum u se jinfetaħ għall-mezzi tax-xandir. Fi stqarrija, ntqal li l-Imħallef Franco Depasquale wara li ħa nota tal-istqarrijiet tal-Gvern li jrid jara li l-proċess jitmexxa b'ħeffa u bl-akbar trasparenza, iddeċieda li jlaqqa' l-Bord tal-Pulizija llum stess. Il-kaz se jibda' jinstema llum fl-4:30pm fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali.

Aktar kmieni:

Il-Gvern ħabbar li se ssir it-Tnejn 12 ta’ Awwissu l-ewwel seduta b’rabta mal-każ tal-persuna li ġiet mixlija b’mod żbaljat dwar hold-up. Ġie spjegat li din is-seduta għandha l-għan li tistabbilixxi b’mod mill-aktar ċar u trasparenti l-mod kif seħħew l-avvenimenti u x’passi għandhom jittieħdu.

Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qal li se jitwaqqaf bord indipendenti magħruf bħala l-Bord tal-Pulizija li huwa mmexxi mill-Ex Imħallef Franco Depasquale.

Fi stqarrija l-Ministeru baqa’ jsostni li l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew b’pass mgħaġġel biex ikunu magħrufa l-fatti kemm jista’ jkun malajr.