Booking miftuħ għall-kummiedja klassika ta’ Dario Fo b’kast femminili

Masquerade Theatre Company dalwaqt se ttellgħu l-kummiedja b’tema kriminali ta’ Dario Fo Accidental Death of an Anarchist.

Emma Micallef

Read in English.

Il-Kumpanija Masquerade Theatre ser jerġgħu jiftħu il-famuż każ ta’ Giuseppe Pinelli ix-xahar id-dieħel, bil farsa politika splussiva Accidental Death of an Anarchist.

Miktuba mid-drammaturgu Taljan, rebbieh tal-Premju Nobel Dario Fo fl-1970, Accidental Death of an Anarchist jirrakonta l-istorja tal-investigazzjoni dwar il-mewt suspettuza ta’ anarkista wara li waqa’ minn tieqa tar-raba’ sular ta’ l- istazzjon tal-pulizija. Persuna waħda biss tista ‘ssolvi l-misteru ta’ jekk Pinelli qabez jew ġie mbuttat, u li ditektif probabbli kien mignun icċertifikat b’kapacita’ ta impersonazzjoni.

“Id-dramm huwa klassiku u assurd dwar korruzzjoni istituzzjonali. Huwa esplorazzjoni ta’ diversi nies u organizzazzjonijiet li suppost jgħinu u jipproteġuna, imma xi kultant ma jgħamlux dan ” qal id-direttur Ian Moore. “U għalkemm kien miktub fis-snin 70, għadhu rilevanti llum, u jenfasizza li dawn l-istituzzjonijiet kultant ma għandhomx l-interessi ta’ dawk li jservu. Dan l-addatament ġdid huwa battalja glorjuza ta’ l-individju kontra l-istabbiliment, ta’ min hu minn taħt kontra min hu superjuri, l-anarkija kontra t-tirannija.”

L-ewwel darba għal Malta, din il-farsa klassika, b’ nigża politika, issa ser tingħata enerġija ġdida f’din il-produzzjoni ta Masquerade, b’atturi kollha femminili li bosta minnhom huma atturi komici stabbiliti lokalment.

Is-Sur Moore jittama li mill perspettiva femminili jista jkun li nħarsu b’mod ġdid lejn dan is-suġġett. “Il-karattri jżommu l-ġeneru – ħlief wiehed mis-sitta huwa raġel. Ridt nesplora xi tfisser għan-nisa i-korruzjoni istituzzjonali fis-sistema.Tgħaddi biz-zmien il-burokrazija minn posizzjoni socjali baxxa li tidher spiss fil-kummiedji, izda rarament b’perspettiva femminili. Hemm ħafna komicita meta tara artisti nisa jagħmluha tar-rġiel, u din il-produzzjoni toffri opportunita lil vucijiet ġodda biex jinstemgħu f’rwoli familjari, li ġeneralment jinħadmu mill-irġiel.”

Emma Micallef

Il-produzzjoni l-ġdida se jkollha kast brillanti, immexxi mill-favorita Pia Zammit, li reċentement paxxit l-udjenzi fil-Comedy Knights u Stitching. Magħħa jinghaqdu uhud mill- aqwa kummidjanti, Antonella Axisa, Louiselle Vassallo, Maria Caruana, Gabriella Mendes u Samantha Gauci.

Il-booking issa huwa miftuħ online.

Il-produzzjoni ta’ Masquerade Accidental Death of an Anarchist ta’ Dario Fo se tkun imtella’ fl-Ispazju Blue Box, M, Triq Oscar Zammit, l-Imsida, fis-7, 8, 9, 14, 15, u s-16 ta’ Novembru 2019, bil-wirjiet kollha jibdew fit-8.00 pm.