Booking miftuħ għal Matilda the Musical

Read in English.

Għalkemm baqa’ ftit xhur biex jitla s-separju fuq din il-produzzjoni lokali tant mistennija, Matilda the Musical, issa tistgħu tibbukkjaw għal dan l-ispettaklu rebbieħ ta’ bosta unuri. Dan il-musical ser jittella’ f’April 2020 f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Masquerade Malta qed toffri skont ta’ 15 fil-mija fuq il-biljetti fil-platea u dress circle matul Dicembru. “Ix-xiri ta biljetti ghal Matilda the Musical għall-familja u l-hbieb jagħmlu r-rigal perfett tal-Milied” qalet il-produttrici Veronica Bezzina.

Addattata minn novella tat-tfal ta’ Roald Dahl, Matilda the Musical, tirrakonta l-istorja ta’ tifla straordinarja, b’imaginazzjoni fertili u moħħ astuż, tisfida biex tbiddel id-destin tagħha. Min mindu ntwera għall-ewwel darba fl-2010, dan ix-xogħol mużikali rebaħ aktar minn 90 premju internazzjonali, minbarra 23 ohra għall-aħjar musical.

B’kitba ta’ Dennis Kelly u mużika oriġinali ta’ Tim Minchin, Matilda the Musical seraq il-qlub u l-mħuħ kemm tat-tfal u kemm tal-kbar. “Din hija produzzjoni favolu ż a ghall-familja kollha, iżda ċertament mhux għat-tfal biss” kompliet tgħid Bezzina. “Ix-xogħol ta’ Kelly u Minchin ġie mfaħħar għal mod ta kif ġiet zvilupata l-istorja originali ta’ Dahl, filwaqt li ħolqu karattri li tħobbhom u tobogħodhom, b’djalogu umoristiku u b’mużika memorabbli. Huwa spettaklu li se jiddeverti ħafna lit-tfal preżenti kif ukoll l-adulti.”

Mela, morru u ixtru xi ħaga żejda biex tpoġġu fil-kalzetta tal-Milied ta’ din is-sena, b’anticipazzjoni ta’ dak li jipprometti li jkun wieħed mill-aktar spettaklu mużikali għas-sena 2020.

Matilda the Musical ser jittella’ l-Ġimgħa 17 ta’ April fis- 7.30pm, is-Sibt 18 ta’ April fis-7.30pm, il-Ħadd 19 ta’ April fis- 2.30pm u 7.30pm, is-Sibt 25 ta’  April fis- 2.30pm u 7.30pm u l-Ħadd  26 ta’ April fis-2.30pm. Il-booking huwa miftuħ fuq il-website tal-MCC. Ghall-aktar informazzjoni zuru il-website ta’ Masquerade Malta jew ċemplu 7979 3737.