Bonnici u Busuttil f’battibekk dwar SLAPP

Read in English.

Il-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta tal-bieraħ fil-Parlament kien iddominat minn battibekk legali bejn il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi u d-deputati Nazzjonalisti Simon Busuttil u Jason Azzopardi dwar l-iSLAPP.

Il-batibekk beda’ b’diskussjoni dwar tweġiba li l-Kummissarju Ewropew Věra Jourová tat lill-Parlamentari Ewropew David Casa fejn qalet li hu possibli li jiġi evitat l-infurzar tas-sentenzi SLAPP f’ġurisdizzjonijiet oħra fuq il-bażi ta’ politika pubblika.

F’dan il-kuntest, Busuttil qal li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tikkuntrasta ma’ dik tal-Gvern Malti li rrifjuta l-emenda kontra l-iSLAPP proposta tal-Membru Parlamentari tal-PN Jason Azzopardi fil-liġi ġdida dwar il-midja l-fuq il-bażi ta’ inkompatibilità mal-liġi tal-UE.

Il-Ministru Bonniċi qal li l-Gvern inkluda emendi fil-liġi li jipproteġġu l-mezzi tax-xandir Maltin kontra azzjoni minn kumpaniji multi-nazzjonali.

Hu qal li jekk kumpanija internazzjonali tiddeċiedi li tagħmel numru ta’ kważi kontra kumpanija tal-midja Maltija, f’għajnejn il-liġi dawn se jkunu trattati bħala kawża waħda.

Huwa qal li madanakollu l-Gvern ma jistax jintroduċi leġislazzjoni mhux kompatibbli mal-liġijiet tal-UE.

Busuttil insista billi qal li l-Gvern xorta jista’ jagħmel emendi li tal-inqas jipproteġġi l-midja Maltija minn azzjonijiet meħuda minn kumpanija barra mill-UE, bħalma kien il-każ tal-azzjoni meħuda kontra l-gazzetta MaltaToday.

Huwa semma kif il-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia kellha kawża ta’ €40 miljun imdendla ma’ għonqha minn Shillings Law Firm f’isem il-bank Pilatus.