Bonnici jikkonferma li l-Gvern qed jikkunsidra l-idea dwar l-elezzjonijiet tal-Kunslli Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici kkonferma li l-Gvern se jkun qed iressaq l-idea biex l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2019 jiġu posposti biex isiru mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Bonnici kien qed jirrispondi għar-rimarki li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fis-seduta Parlamentari tal-bieraħ meta saħaq li hu kontra proposta bħal din.
Busuttil sejjaħ din il-proposta bħala waħda anti-demokratika.
Bonnici kkonferma li se titressaq din l-idea mal-istakeholders kollha. Saħaq li din l-inizjattiva se tiffranka l-flus u żżid il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru qal li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali qed jiswew maż-€2 miljun.