Bonnici jibqa’ ma jgħidx kemm tilfu l-impjieg waqt il-coronavirus

Il-Ministru għax-Xogħol Owen Bonnici baqa’ ma qalx kemm-il persuna tilfu l-impjieg waqt il-pandemija tal-coronavirus. 

Meta kien qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet supplimentari, Bonnici qal li skont l-aġenzji internazzjonali, it-tbassir tat-tkabbir ekonomiku hu fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea.

Il-mistoqsija oriġinali saret minn Claudio Grech li baqa’ jinsisti mal-Ministru Bonniċi biex jagħti ċ-ċifra ta’ persuna li tilfu l-impjieg waqt il-pandemija tal-coronavirus. 

Intervjena ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fejn argumenta li Grech kien qed jistaqsi domanda sempliċi: kemm fatwalment kien hemm persuni li tilfu l-post tax-xogħol.

Bonnici rrisponda fejn qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid joħloq iperbola għax qed iqabbel is-sitwazzjoni ta’ pajjiżi Ewropej oħra ma’ Malta.