​Bonnici jerġa’ ma jweġibx mistoqsijiet dwar Ray Zammit

Il-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali reġa’ evita milli jwieġeb mistoqsijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit biex imexxi l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sostna li Zammit huwa l-persuna l-inqas addattata biex tinforza l-liġi hekk kif huwa stess ma jimxix skont il-liġi.  Dan fid-dawl tad-diversi kontroversji li huwa kien involut fihom fl-aħħar xhur. Huwa rrefera għall-fatt li Bonnici ma weġibx mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar Zammit u awgura li l-Ministru kien se jwieġeb fil-Parlament.
Bonniċi, fit-tweġiba tiegħu saħaq li huwa wieġeb il-mistoqsijiet kolla li sarulu mill-ġurnalisti tant li l-istess Kap tal-Oppożizzjoni irrefera għalihom fi tmiem il-ġimgħa.