Bonnici Bros benefiċarji tad-direct orders tax-shooting range

Il-Kumpanija tal-Kostruzzjoni Bonnici Brothers ħadet tliet dirct orders ta’ kważi €6 miljuni f’total li ngħataw għal xogħol fix-shooting range.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni llejla ta dettalji dwar numru ta’ direct orders li ngħataw minn Sports Malta għat-tlestija tax-shooting range f’ Ta’ Kandja.

Bonnici Brothers kienu l-benefiċarji tal-ikbar tliet direct orders minn Sports Malta għal xogħol fuq ix-shooting range.

Bonnici Brothers ħa €2.7 miljun għal kostruzzjoni ta’ backstop wall, ħajt ta’ ħames metri. Direct order ta’ €1.7 miljun għat-tqegħid ta’ turf artifiċjali, sistema ta’ drainage u Bern wall. It-tielet direct order ta’ €1.5 miljun ta’ triq t’aċċess u ħajt ieħor.

Kuntratt ieħor ta’€2.5 miljun ingħata lill-kumpanija O. Luntz GMBH, kumpanija speċjalizzata f’tagħmir tal-isport tax-shooting, għal xiri ta’ tagħmir.

Dawn id-direct orders kien ġibdu l-attenzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li kien għamel numru ta’ mistoqsijiet parliamentari supplimentari. Il-Gvern kien iġġustifika dawn id-direct orders billi stqarr li dawn ingħataw minħabba l-urġenza tax-xogħlijiet.

Ix-xshooting range f’ Ta’ Kandja, limiti tas-Siġġiewi, swew €14 –il-miljun. L-informazzjoni ngħataw mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.