Bonġu Papali!

Papa Franġisku reġa’ għamilha!
Ritratt li beda jdur fuq il-midja soċjali llum jurih jinjora l-protokoll li jorbot lil ħafna dinjitarji dwar kif iġibu rwieħhom, u jieħu b’idejn membru tal-Gwardja Żvizzera hu u jawguralu l-jum it-tajjeb.
Normalment, il-Gwardja Żvizzera ssellem bil-ġest ta’ salut militari uffiċċjali.  
Ftit wara li beda jmexxi l-Knisja Kattolika, il-midja soċjali kienet faret b’allegazzjonijiet li l-Papa kien newwel siġġu u tazza x’jixrob liż-żagħżugħ tal-Gwardja Żvizzera li kien għadu kemm għamel il-lejl għassa mal-bieb tal-kamra tiegħu.

Ritratt: Mazur/catholicnews.org.uk