Bombi u biki jifformaw il-passjoni ta’ Ġesù

Hemm bombi li jħallu ħerba, biki, tifrik, terrapien u radam u hemm bombi li jwasslu għall-ħsieb u tibdilf’imġiba. 
Dan se jkun il-ħsieb wara l-produzzjoni bl-isem Radam li se tittella’ mill-għaqda teatrali Dwal Ġodda.
Ibbażata fuq il-passjoni ta’ Ġesu’, dan id-dramm se jniedi l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Ħal Għargħur nhar il-Ħadd f’4.30pm.
Id-dramm jibda fl-4.30pm fil-pjazza tar-raħal.
Ritratt: Dwal Ġodda