Bomba toqtol mill-inqas 39 fis-Sirja

Karozza-bomba kbira li splodiet diversi coaches oħra fis-Sirja qatlet mill-inqas 39 persuna.
Il-coaches li splodew kienu qed iġorru persuni li kienu qed jevakwaw minn irħula maqbuda mill-Gvern fis-Sirja.
Apparti li splodiet il-coaches, il-bomba qabbdet ukoll in-nar lil diversi karozzi, u ħalliet serbut katavri warajha.
Dak il-ħin, il-konvoj kien qed jistenna f’punt ta’ ragruppar f’Rashidin, territorju kkontrollat mir-ribelli.
Jidher ukoll li truppi Russi ċċaqilqu biex iżommu r-ribelli, li qed jippruvaw jaħarbu, mir-ritaljazzjoni.
Ix-xahar li għadda, in-Nazzjonijiet Magħquda ddeskriviet is-sitwazzjoni fil-bliet ta’ Foah u Kefraya, u l-bliet ikkontrollati mir-ribelli, Madaya u Zabadani, ħdejn Damasku, bħala “katastrofika”. Qalet li iktar minn 64,000 persuna ċivili qiegħda “maqbuda f’ċiklu ta’ vjolenza u privazzjoni.”