Bomba tisplodi f’kamra qrib it-Torri l-Abjad

Ħadd ma weġġa meta bomba żgħira splodiet f’kamra qrib tat-Torri l-Abjad fl-Armier.

Il-każ seħħ fil-11.10 tal-bieraħ filgħaxija.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li sid il-kamra, ta’ 40 sena, residenti Ħal-Tarxien, u raġel ieħor, ta’ 31 sena, residenti Ħal-Qormi, indunaw b’mowbajl mqabbad ma’ kaxxa b’numru ta’ wires fuq forn quddiem il-kamra.

Kif raw raw hekk telqu jiġru lejn il-vetturi tagħhom u ħarbu.

Kien hawnhekk li ċemplu għall-assistenza.

Huwa mifhum li l-bomba kkawżat xi ħsarat strutturali żgħar fil-kamra.

Fuq il-post waslu membri mill-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati, ħaddiema mill-Enemalta kif ukoll il-Pulizija li qed tinvestiga l-każ.