Bomba MOAB: 90 suldat tal-ISIS mejta

Mill-inqas 90 suldat mill-Istat Iżlamiku sfaw maqtula mill-ikbar bomba li twaddbet mill-Istati Uniti fuq l-Afganistan.
Dan hekk kif l-ikbar bomba mhux nukleari li qatt intużat mill-Istati Uniti twaddbet fuq bażi militanti tal-ISIS fil-provinċja ta’ Nangarhar.
Il-Ħamis li għadda, għadd ta’ passaġġi taħt l-art li jintużaw mill-ISIS inqerdu għalkollox.
Din hi l-ewwel darba li l-pajjiż uża l-bomba tat-tip GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast (MOAB).
MOAB ġiet żviluppata waqt il-gwerra tal-Iraq u hi meqjusa bħala l-ikbar bomba mhux nukleari li għandhom l-Istati Uniti.