Bomba fuq trakk tal-merkanzija fl-Irlanda ta’ Fuq

Il-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq qed tinvestiga s-sejba ta’ bomba ma’ trakk tal-merkanzija f’County Armagh. Hu mifhum li din il-bomba kienet impoġġija minn dissidenti republikani fuq trakk li kellu d-destinazzjoni tiegħu ir-Renju Unit. 

Fi stqarrija, li l-pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq ħarġet llum qalet li rċiviet informazzjoni dwar dan fl-aħħar ta’ Jannar. Minkejja dan il-vettura ma’ setgħetx tiġi identifikata. Fit-3 ta’ Frar kien hemm informazzjoni ġdida dwar il-kumpanija tal-merkanzija ta’ min kien it-trakk. 

Aktar investigazzjonijiet wasslu biex dan it-trakk jiġi identifikat fiż-żona industrijali ta’ Silverwood. 

Il-pulizija qalet li din il-bomba tpoġġiet minn dissidenti republikani li ma’ rrikonoxxewx il-proċess ta’ paċi bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju Unit.