Bomba fiż-Żimbabwe

Read in English.

Il-President taż-Żimbabwe, Emmerson Mnangagwa jeħlisha ħafif hekk kif splodiet bomba fil-belt ta’ Bulawayo.

Footage minn kamera li tinsab ħdejn l-istadju ta’ White City turi splużjoni li seħħet qrib ta’ Mnangagwa hekk kif kien qed iħalli l-palk li minnu kien qed jitkellem.

Ix-xorti tal-Viċi President Kembo Mohadi  kienet differenti għax dan soffra minn ġrieħi f’siequ.

Il-President Mnangagwa ħa l-poter f’Novembru li għadda u ħa post Robert Mugabe li kien itih il-pariri.

Bulawayo hija t-tieni l-akbar belt fiż-Żimbabwe u Mnangagwa kien qed jikkampanja għal partit tiegħu Zanu-PF qabel l-elezzjonijiet li ġejjin fit-30 ta’ Lulju.