It-tliet persuni akkużati li ppruvaw iwettqu attakk b’bomba fil-Fgura ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.
L-irġiel ilhom taħt arrest preventiv għal madwar 4 xhur.
Il-Qorti qalet li ma laqgħetx it-talba għal-libertà proviżorja minħabba l-gravità tal-offiżi u li ma kienux persuni ta’ min jafdahom.
Il-vittma fil-każ tal-attentat ta’ karozza bomba fil-Fgura f’Jannar li għadda, qal fil-Qorti li fil-jiem ta’ wara l-attentat baqa’ imsakkar id-dar bil-biżà.