Bolt jitħarreġ fin-Norveġja qabel Soccer Aid

Minn mindu rtira mill-atletika fl-2017, Usain Bolt kellu sessjoni ta’ taħriġ ma’ Mamelodi Sundowns fil-Premier League Sud Afrikana u anke ma’ Borussia Dormtund fil-Ġermanja.
F’dawn l-aħħar jiem l-eks sprinter Ġamajkan deher jieħu sehem fit-taħriġ tat-tim Norveġiż Stromsgodset sabiex jipperepara għal-logħba organizzata minn UNICEF b’risq il-karità, Soccer Aid. Hu se jkun il-captain ta’ wieħed mit-timijiet li se jinkludi plejers leġġendarji bħal Clarence Seedorf, Robert Pires, Edwin Van Der Saar u Patrick Kluivert, kif ukoll individwi mix-xena tal-ispettaklu bħal Gordon Ramsay u Brendan Cole. Din is-sena Soccer Aid se tittella’ f’Old Trafford fl-10 ta' Ġunju.