Bologna u Lazio b’pellegrinaġġ qabel il-logħba għall-coach Mihajlovic

Bologna FC

Bologna laqgħu lura lill-coach Sinisa Mihajlovic għal logħba kontra Lazio wara li ngħata permess jattendi waqt il-ġlieda tiegħu kontra l-leukaemia. Meta nkixfet l-aħbar li Sinisa kien se jattendi għal logħba, il-partitarji kemm ta’ Bologna kif ukoll ta’ Lazio għamlu pellegrinaġġ sal-knisja ta’ San Luca. Dan sar b’turija ta’ sapport lejn il-coach li għandu 50 sena u li qed jiġġieled il-battalja kontra l-leukaemia.

Meta daħal fil-grawnd biex jirringrazzja lil kull min attenda, il-partitarji qamu kollha bilwieqfa jċapċpulu.

Skont rapporti Taljani, hu saqsa biex speċifikament jitħalla jmur għal logħba kontra Lazio minħabba li personalment hu jqisha bħala logħba importanti. B’hekk wara t-testijiet meħtieġa hu tħalla joħroġ mill-isptar ta’ Santa Ursola b’mod temporanju.