Bollywood: Tmut l-attriċi famuża Sridevi

L-attriċi Sridevi Kapoor, attriċi famuża fiċ-ċinema Indjana mietet wara li sofriet minn attakk ta’ qalb.
Kapoor li għandha 54 sena, kienet qiegħda Dubaj biex tattendi għat-tieġ tan-neputi tagħha.
F’50 sena hi ħadet sehem f’iktar minn 150 film Indjan fosthom dawk klassiċi bħal Mr India.
Hi kienet ikkunsidrata bħala waħda mill-ftit atturi nisa Indjani, li huma famużi waħedhom mingħajr il-bżonn ta’ eroj raġel.
Ilha tirreċta mill-età ta’ erba’ snin u ħadet sehem f’films bid-diversi lingwi mitkellma fl-Indja, fosthom Tamil, Telugu u l-Hindi.
Il-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi, fi tweet qal li jinsab imnikket bil-mewta bikrija tal-attriċi. Is-Sindku ta’ Londra, Sadiq Khan, fuq Twitter ukoll qal li ħa gost meta ltaqa’ mal-attriċi meta kien l-Indja riċentament u jinsab imnikket bil-mewt ta’ attriċi u produttriċi ta’ talent bħalma kienet hi.