Boko Haram joqtlu 2,000 fl-agħar massakru s’issa

F’dak li jista’ jitqies bħala l-agħar massakru tagħhom s’issa, Boko Haram qatlu 2000 persuna fin-Niġerja.
Mijiet ta’ katavri, “wisq biex tgħoddhom”, għadhom f’foresta fin-Niġerja wara l-grupp estremist Iżlamiku wara l-attakk li seħħ f’Baga, mal-fruntieri biswit Chad.
Il-kap tad-distrett Babba Abba Hassan qal li l-maġġoranza tal-vittmi kienu tfal, nisa u anzjani, hekk kif ma rnexxilhomx jaħarbu mill-attakk fil-ħin.
Kelliem għal Amnesty International saħaq li dak hu l-agħar massakru li qatt sar mill-grupp Boko Haram.