Boko Haram jirbħu bażi militari importanti fin-Niġerja

Il-grupp militanti Boko Haram rebaħ il-Belt ta’ Baga, fit-Tramuntana tan-Niġerja, u li fiha hemm bażi militari importanti.
Rapporti qed jgħidu li t-truppi kellhom jabbandunaw il-bażi wara li l-grupp militanti fetaħ l-attakk matul il-ġurnata tas-Sibt.
Għadd ta’ residenti rnexxielhom jaħarbu bid-dgħajjes, lejn Chad, iżda ħafna nqatlu wara li l-Belt ingħatat in-nar.
Din kienet l-aħħar Belt, fil-parti ta’ fuq tal-istat ta’ Borno fin-Niġerja, li kienet taħt il-kontroll tal-Gvern.
Il-bażi militari kienet magħmula minn truppi magħquda min-Niġerja, Chad u Niger.
Din il-forza militari kienet iffurmata fl-1998 u dan l-aħħar kienet qed tiġġieled lill-Boko Haram.