Boko Ħaram jattakkaw belt ewlenija fin-Niġerja

Il-grupp militanti Iżlamiku Boko Ħaram qed jattakka l-Belt ewlenija ta’ Maiduguri fin-naħa ta’ fuq tan-Niġerja.
Rapporti qed jgħidu li kien hemm ġlied qalil fuq in-naħa ta’ barra tal-Belt filwaqt li kien hemm ukoll attakki mill-ajru.
F’Maidaguri jgħixu eluf ta’ persuni li ħarrbu mill-attakki ta’ Boko Ħaram u sabu kenn f’din il-Belt. Ilbieraħ, il-President Niġerjan Goodluck Jonathan għamel żjara fl-istess Belt.
Il-grupp militani Boko Ħaram beda bl-operazzjonijiet militari fl-2009 bil-għan li joħloq stat iżlamiku. Eluf ta’ persuni ġew maqtula fl-aħħar snin, speċjalemt fin-naħa ta’ fuq tan-Niġerja.
Intant aktar tard illum, is-Segretarju tal-Istati Uniti John Kerry mistenni jżur Lagos, li hi waħda mill-akbar bliet Niġerjani.