Bojan Kaljevic ta’ Mosta jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għat-tieni darba konsekuttiva

L-attakkant ta’ Mosta FC Bojan Kaljevic kompla bil-forma pożittiva tiegħu biex kiseb it-tieni unur tal-BOV Plejer tax-Xahar f’dan l-istaġun.
Kaljevic kien protagonist fir-rebħa ta’ Mosta kontra Balzan bl-iskor ta’ 1-0, tant li ngħata l-unur ukoll tal-Plejer tal-Logħba. L-attakkant mill-Montenegro kien magħżul bħala l-Plejer tal-Logħba wkoll fil-logħba li l-Mosta kellhom kontra n-Naxxar u li spiċċat bi draw ta’ 1-1.
B’total ta’ erba’ gowls f’sitt logħbiet, il-prestazzjoni ta’ Kaljevic kienet waħda mill-fatturi ewlenin li għenu biex Mosta żammew posthom fir-raba’ post tal-BOV Premier League.
Emily Grech, Maniġer tal-fergħa ta’ Bank of Valletta tal-Mosta, ippreżentat it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2014 lil Kaljevic. Kaljevic għażel li d-donazzjoni marbuta ma’ dan il-premju tingħata lil Hospice Malta.