It-tenur Taljan ta’ fama internazzjonali Andrea Bocelli qal li f’Marzu, hu flimkien ma’ xi membri tal-familja kellhom il-coronavirus. Qal li huwa fieq mill-virus fl-aħħar tal-istess xahar.
Bocelli li tilef il-vista ta’ għajnejh meta kellu 12-il sena stqarr li ma riedx li jitkellem pubblikament qabel ma jfiq. Qal li huwa għamel dan b’rispett lejn minn kellu kumplikazzjonijiet serji kawża tal-virus filwaqt li ma riedx jallarma s-segwaċi tiegħu.
Fl-istess post fuq Facebook li fih ħabbar għall-ewwel darba li huwa kellu dan il-virus, Bocelli qal li aċċetta li jagħmel donazzjoni tad-demm tiegħu biex tinstab kura għall-coronavirus. Mistoqsi biex jagħmel dan il-ġest nobbli, Bocelli wieġeb “Iva” mal-ewwel.
Andrea Bocelli paxxa lid-dinja bil-vuċi tiegħu nhar it-12 ta’ April li għadda meta tella’ kunċert qasir quddiem id-Duomo ta’ Milan.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.