Boateng, Alcantara, Vidal u Bernat għal bejgħ

Jidher li Bayern Munich lesti li jilqgħu offerti għal Jerome Boateng, Thiago Alcantara, Juan Bernat u Arturo Vidal.
Il-klabb Ġermaniż mistenni jnaqqas in-numru ta’ plejers fit-tim filwaqt li jipprova jżomm lill-attakkant Robert Lewandowski milli jitlaq lir-rebbieħa tal-Bundesliga.
M’hemmx dubju li bosta timijiet se juru x-xewqa li jakkwistaw plejers bl-esperjenza u l-kwalità ta’ Boateng, Alcantara, Bernat u Vidal F’dak li għandu x’jaqsam ma’ akkwisti, Bayern Munich jixtiequ jżidu lil Christian Pulisic ta’ Borusia Dortmund mal-iskwadra tagħhom.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers promettenti fl-Ewropa u kapaċi jieħu post il-veterani Arjen Robben u Franck Ribery.