Pakistan: Tfajliet insara misruqa, stuprati u mġiegħla jiżżewġu

Bniet Pakistani qed jispiċċaw jinsterqu, stuprati u mġiegħla jiżżewġu u jikkonvertu għall-Iżlam, u b’hekk iż-żwieġ tagħhom ikun legalment korrett skont il-liġi Pakistana.
Skont avukat għad-drittijiet tal-bniedem, dawn it-tfajliet ikunu ġejjin minn familji foqra, allura ma jkollhomx il-mezzi biex jiġġieldu lura. Bosta drabi wkoll il-qagħda tiggrava hekk kif il-familjari jabbandunawhom minħabba li jdaħħluha f’rashom li t-tfajla tkun ħammret wiċċ il-familja.
Dawn l-atroċitajiet iseħħu l-aktar f’Lahore, il-kapitali Pakistana, u l-età tat-tfajliet imsemmija fil-midja internazzjonali tvarja bejn it-12 u s-26 sena.
L-avukati li qed jippruvaw isalvaw lil dawn it-tfajliet jirrikorruhom għand iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali, Assistenza u Rilokazzjoni (CLAAS).